[Fusion_text]Filwaqt li jidher li finalment is-saga ta’ Cristiano Ronaldo ġejja fit-tmiem pożittiv tagħha, Juventus xorta waħda jinsabu b’għajnejhom miftuħa dwar kif jista’ jiżvolġi dan it-transfer.
L-għan ta’ Juventus huwa li jagħlqu malajr kemm jista’ jkun it-transfer minħabba l-fatt li Perez għandu wisq karattru imprevedibbli.
Ilbieraħ stess, filgħaxija, xi ġurnalisti interċettaw lil Perez huwa u diehel fil-Bernabeu. Huwa qallhom li daqs nofs siegħa oħra, huwa kien ser jagħti aħbar importanti ħafna. Kif għadda l-ħin huwa ħareġ u qallhom li ma kien hemm xejn xi jgħid.
Il-karattru imprevedibbli ta’ Perez huwa wieħed difficli biex tinnegozja miegħu, allura l-għan ta’ Juventus huwa li jagħlqu malajr kemm jista’ jkun, u qed iħallu kollox f’idejn l-aġent Jorge Mendes.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com[/fusion_text]