Juventus jidher li xeħtu għajnejhom fuq Bryan Cristante, bl-iskop li jkompli jnaqqsu l-età medja tal-iskwadra fl-istess waqt li jakkwistaw plejers promettenti.
Matul il-ġurnata ħarġu diversi sorsi qrib Juventus li jindikaw li Juventus iridu lill-plejer proprjetà ta’ Benfica iżda misluf għand Atalanta fis-Serie A.
Cristante, prodott ta’ Milan, għad għandu 22 sena iżda ilu għall-aħħar snin jilgħab b’mod regolari, inkluż fiċ-Champions League kif ukoll man-Nazzjonal.
Sors: Luca Fausto Momblano
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com