Juventus infurmaw lil Claudio Marchisio li se jħallu f’idejh biex jiddeċiedi l-futur tiegħu, u huma lesti li jirrispettaw dik id-deċiżjoni.
Jidher li x-xewqa tal-midfielder hi li jibqa’, minkejja li fil-ġimgħat li għaddew issemma li jista’ jħalli l-klabb anke jekk bi ftehim konsenswali u mhux b’bejgħ.
Id-diriġenza jidher li hi infurmata li l-plejer jixtieq jibqa’, u l-klabb hu kuntent li jagħmel dan. Tant hu hekk li offerti mill-MLS tal-Istati Uniti lanqas biss ġew ikkunsidrati.
Sors: Il Corriere dello Sport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com