Skont il-ġurnal il-Mundo Deportivo, sentejn biss ilu Juventus kienu qrib li jakkwistaw lil Leo Messi.

Wara t-telfa tal-Copa America, Messi ġie avviċinat minn membri ta’ Juventus sabiex hu jingħaqad ma’ Juventus, madankollu huwa b’edukazzjoni stqarr li xtaq jibqa’ fejn hu, anke jekk il-Juventus huma wieħed mill-aqwa klabbs.

Dak is-sajf stess, Juventus akkwistaw lil Higuaín għas-somma ta’ €90 miljun u sentejn wara Juventus għadhom kemm ħabbru l-akkwist fenomenali ta’ Cristiano Ronaldo għas-somma ta’ €105 miljun.

Sors: Mundo Deportivo

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280