Beppe Marotta tkellem dwar il-plejers li mistennija jissieħbu ma’ Juventus fil-kampanja akkwisti ta’ Awwissu.
Marotta sostna li Juventus jixtiequ lill-plejer ta’ Manchester United Matteo Darmian u lill-goalkeeper ta’ Genoa Mattia Perin.
“Bħalissa qegħdin infittxu goalkeeper ta’ kalibru għoli u Perin huwa t-tip ta’ goalkeeper li nixtiequ iżda għadna fil-bidu tad-diskussjonijiet. Darmian jista’ jkun dak il-plejer li jista’ jaqdina f’diversi rwoli u huwa wkoll Taljan. Huwa importanti li klabb bħal Juventus ikollu l-bażi tat-tim Taljan.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com