Il-goalkeeper Alex Meret, li għad għandu biss 20 sena, qed jinteressa lil Juventus wara li minn ma’ SPAL spiċċa fil-lista tan-nazzjonal.

Meret hu plejer ta’ Udinese iżda ilu għal dan l-istaġun misluf lil SPAL fis-Serie B fejn qed ikollu prestazzjonijiet tajba ħafna.

Madankollu, Meret qed jinteressa wkoll lil Napoli u Inter. Udinese jqisu li Meret jiswa €25 miljun u jridu li jibqa’ magħhom sal-2018.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280