Fl-aħħar sigħat intensifikaw il-kuntatti bejn Juventus, Bayern München u l-aġent tal-winger Brażiljan.

Madankollu prezzu xejn mhu rħis: Bayern jivvalutawh €50 miljun waqt li l-plejer irid paga ta’ madwar €7 miljuni. Fid-dawl ta’ dan, Juventus jibqgħu prudenti.

Juventus għandhom relazzjoni mill-aqwa ma’ FC Bayern München. Saħansitra jingħad li Juventus irtiraw mit-tellieqa għal Corentin Tolisso biex ma jagħmlux bsaten fir-roti għall-akkwist tiegħu miċ-champions tal-Ġermanja.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280