Juventus kienu attivi fl-aħħar sigħat tas-suq tat-trasferimenti bl-iskop li jsaħħu t-tieni skwadra tal-klabb u possibbilment il-Primavera.
L-akkwisti għall-B Team huma ta’ Stephy Alvaro Mavididi, attakkant Ingliż ta’ 20 sena b’oriġini mill-Congo akkwistat mingħand Arsenal, l-attakkant ta’ 20 sena Luca Zanimacchia mingħand Genoa u l-goalkeeper Urugwajan Franco Israel li għandu 18-il sena akkwistat mingħand Nacional di Montevideo.
Kien akkwistat ukoll l-attakkant Cristian Bunino, li twieled fl-1996 u nbidel mal-plejers Ferdinando De Sole, li għadda għand Pescara. F’dan il-każ għad mhux magħruf hux se jilgħab għall-Primavera jew l-U23.
Sors: TuttoJuve
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com