Għaddejjin diskussjonijiet biex Juventus jakkwistaw plejer ieħor, din id-darba Korean, minbarra dak possibbli ta’ Nicolò Barella.

Dan hu Kwang-Song Han, attakkant li għandu 19-il sena proprjetà ta’ Cagliari li madankollu jilgħab fis-Serie B b’self ma’ Perugia.

Han, li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali tal-Korea ta’ Fuq, s’issa skurja sitt gowls fi 11-il logħba.

B’rapporti tajba ħafna bejn Cagliari u Juventus, li fis-sajf wettqu t-trasferimenti ta’ Romagna u Del Fabro bejniethom, jingħad li l-akkwisti taż-żewġ żgħażagħ minn Juventus huma probabbli.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280