Juventus u PSG jistgħu jidħlu fi trattattiva li twassal għall-akkwist ta’ Adrien Rabiot.
Minkejja dan iż-żewġ partijiet jinsabu bogħod minn ftehim, hekk kif il-Franċiżi ma jridu xejn inqas minn €50 miljun.
Din hi talba pjuttost għolja meta wieħed iqis li l-midfielder, li twieled fl-1995, għandu kuntratt li jiskadi s-sena d-dieħla. Madankollu mhux eskluż li jkun hemm bdil ta’ plejers, fosthom Alex Sandro li tant jogħġob lil PSG.
Sors: Premium Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com