Juventus ippreżentaw l-ewwel offerta għall-winger żagħżugħ Federico Bernardeschi wara li fl-aħħar jiem sar magħruf b’mod uffiċjali li l-plejer ma jridx iġedded mal-Viola.
L-ewwel offerta hi dik ta’ €40 miljun li magħhom jiżdiedu €2 miljun oħra f’bonuses. Din mistennija tiġi rifjutata minn Fiorentina, li jippretendu €40 miljun u €10 miljun oħra f’bonuses.
Madankollu Fiorentina lesti jiddiskutu u minkejja r-rivalità mhux mistennija jagħlqu l-bibien għal dan it-trasferiment. Dan anke fid-dawl li l-plejer jidher li għandu ftehim ma Juventus u jrid biss il-klabb ta’ Turin.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






