Juventus jidher li rrifjutaw offerta mingħand Arsenal għal Medhi Benatia.

Skont rapporti fl-Ingilterra, l-offerta kienet tlaħħaq l-€40 miljun, iżda jidher li Juventus mhux interessati li jċedu lill-Marokkin li bħalissa qed ikollu prestazzjonijiet mill-aqwa. Fil-fatt ir-risposta ta’ Juventus kienet li l-plejer mhux għall-bejgħ.

Fl-aħħar jiem kien irrappurtat ukoll li offerta bl-istess ammont u wkoll mingħand Arsenal se ssir għad-difensur żagħżugħ Daniele Rugani.

Sors: Sky Sport UK

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280