Juventus rebħu t-tellieqa ma’ diversi klabbs Ewropej u mistennija jħabbru l-akkwist ta’ midfielder Belġjan ta’ 18-il sena.
Christian Frederick Bayoi Makoun Reyes, b’oriġini Venezwelani, impressjona lil kulħadd waqt it-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena u jidher li jinsab qrib il-firma ma’ Juventus. Jingħad li llesta wkoll it-testijiet mediċi mal-klabb.
Dan ifisser li Juventus antiċipaw u jidher li għelbu l-isfida b’mod partikolari ta’ Real Madrid u Arsenal.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com