Juventus qed jesprimu x-xewqa li jġibu lura f’Turin lill-internazzjonali Spanjol, Álvaro Morata.

Juventus jixtiequ li jġibu lura lil dan il-plejer b’self iżda li jkollhom l-obbligu li jixtruh b’mod permanenti. Morata diġà kellu esperjenza ma’ Juventus hekk kif diġà għamel żewġ staġuni magħhom qabel Real Madrid ħaduh lura fi Spanja fl-2016.

Fis-sajf li għadda Morata beda esperjenza ġdida fl-Ingilterra ma’ Chelsea iżda f’dawn l-aħħar xhur l-esperjenza tiegħu ma tantx qed tkun waħda feliċi anke għall-fatt li f’Jannar Chelsea ffirmaw lil Oliver Giroud.

Tuttosport irrappurtat l-aħbar li Chelsea huma interessati li fis-sajf li ġej jiffirmaw lil Edinson Cavani u għalhekk iċ-ċans li Morata jilgħab anqas minuti jkompli jikber.

Riżultat ta’ dan, Giuseppe Marotta flimkien ma’ sħabu tat-tmexxija ta’ Juventus jinsabu interessati li jġibu lura lil Morata f’Turin b’self għal sena iżda jkun hemm l-obbligu li l-Ispanjol isir plejer għalkollox ta’ Juventus wara sena.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280