Rapporti fl-Olanda jindikaw li Juventus lesti jħallsu l-klawżola reċissorja għal plejer ieħor ta’ Roma, wara li riċentament għamlu dan fil-konfront ta’ Miralem Pjanić.

Jirriżulta li fl-aħħar jiem, uffiċjali ta’ Juventus talbu informazzjoni lil Sport Entertainment Group, li jieħdu ħsieb lil Kevin Strootman, dwar il-klawżola reċissorja tiegħu.

Jirriżulta li hemm bżonn €45 miljun biex Strootman iħalli lil Roma b’mod awtomatiku. Madankollu jidher li din il-klawżola ma tistax tiġi skattata f’Awwissu.

F’Ruma jiċħdu li kien hemm xi mossa minn Juventus, waqt li hemm bżonn ukoll l-approvazzjoni tal-plejer li dejjem qal li jinsab kuntent f’Ruma u li mhux interessat li jiċċaqlaq.

Diffiċli li Strootman jiċċaqlaq ukoll għaliex minn dejjem kien magħruf bħala plejer li jżomm kelmtu u fuq kollox rikonoxxenti għal Roma, li assistewh u appoġġawh meta weġġa’.

Fl-2016, wara t-tluq ta’ Pjanić, kien iddikjara li hu mhux se jagħmel bħal sieħbu avolja rrikonoxxa li “Juventus hi skwadra ta’ livell, bħal Roma.”

Sors: Algemeen Dagblad/Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280