Għall-kuntrarju ta’ dak li deher probabbli sa ftit jiem ilu, issa jidher li Juventus lesti jpoġġu bilqegħda mal-aġenti ta’ Kwadwo Asamoah biex joffrulu li jġedded il-kuntratt.

Jidher li l-aħbarijiet tal-aħħar jiem li l-plejer aktarx jingħaqad mar-rivali Inter b’xejn, hekk kif jinsab fi tmiem il-kuntratt, wasslu għal mossa mingħand Juventus.

Wieħed irid jara jekk din il-mossa waslitx tard wisq, għaliex xi siti tal-aħbarijiet saħansitra qed jgħidu li diġà hemm ftehim bejn Inter u l-plejer. Minkejja dan għad m’hemmx firma fuq il-kuntratt, aktarx minħabba l-iżvilupp min-naħa ta’ Juventus.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280