“Juventus la għandom għaġla u lanqas jixtiequ wisq ineħħu lil Daniele Rugani. Anke l-fattiga taf min offra għad-difensur,” iddikjara l-aġent, Davide Torchia, li minkejja li ma semmiex lil Chelsea, kien qed jirreferi għalihom f’konferma tal-aħbarijiet tal-aħħar jiem.

Saħansitra ddikjara li “l-offerta li waslet lil Juventus hi ogħla minn dak rappurtat fl-aħħar jiem.” Fil-fatt, wara din id-dikjarazzjoni, diversi ġurnalisti rinomati qed jiddikjaraw li l-offerta mingħand Chelsea tlaħħaq il-€55 miljun, u mhux €45 miljun jew €50 miljun rappurtati fl-aħħar jiem.

Id-dikjarazzjoni li Juventus ma jixtiqux ineħħu lil Rugani jaf tkun ir-raġuni għaliex fl-aħħar sigħat ħarġu aħbarijiet dwar offerta kemxejn iktar baxxa mingħand Chelsea għal Mattia Caldara.

Sors: Sportitalia

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280