Minkejja li Juventus huma interessati fil-midfielder André Gomes, il-klabb ta’ Turin mhux lest jonfoq iżjed minn €35 miljun biex jakkwistah.

Gomes ingħaqad ma’ Barcelona sena ilu, għal €35 miljun u €20 oħra f’bonuses, iżda l-impatt tiegħu ma’ Barcelona kien wieħed ħażin ħafna.

Il-ġurnalist Antonio Barillà żvela li għaddejjin diskussjonijiet bejn Juventus u Barcelona għall-plejer, hekk kif dawn tal-aħħar ma jeskludux trasferiment.

Iżda Barcelona mhux lesti jċedu lill-plejer bit-telf, anzi jivvalutawh €50 miljun. Juventus b’hekk jidher li daru għall-alternattiva, Aleix Vidal, dejjem mingħand Barcelona.

Sors: Corriere dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280