Minkejja xnigħat li Juventus jistgħu jakkwistaw lill-midfielder Sergej Milinković-Savić mingħand Lazio, it-trasferiment jidher kważi impossibbli.
Dan hekk kif, mhux biss Lotito ma jridx jidħol fi trattattivi ma’ Juventus minħabba sensiela ta’ nuqqas ta’ qbil, imma wkoll għaliex Lazio jippretendu ċifra impossibbli biex iċedu lill-plejer.
Skont Il Messaggero, Milinković-Savić mhux għall-bejgħ, għallinqas mhux sakemm ikun hemm xi klabb li joffri somma qrib is-€70 miljun u t-€80 miljun. Għal dan il-prezz, Juventus żgur li mhumiex interessati.
Sors: Il Messaggero
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






