L-attakkant ta’ 21 sena Patrik Schick jinsab pass bogħod li jiġi akkwistat minn Juventus.
Attwalment plejer ta’ Sampdoria, Schick kellu staġun mill-aqwa tant li Juventus ħassew li l-prezz ta’ €25 miljun bħala klawżola reċissorja tiegħu hu ġust.
Matul il-ġimgħa d-dieħla l-aġent tal-plejer mistenni fl-Italja. Il-plejer jidher li hu favur li jissieħeb ma’ Juventus.
Madankollu, il-klawżola reċissorja tista’ tiġi skattata fi tmiem l-istaġun, għalkemm mhux eskluż li jintlaħaq ftehim qabel, meta wieħed jikkunsidra r-relazzjoni mill-aqwa bejn il-klabbs.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






