Jidher li Juventus jinsabu pass bogħod minn akkwist mill-iktar promettenti mingħand Genoa, biex b’hekk ikunu għelbu lill-klabbs ewlenin fl-Ewropa.

Dan hekk kif laqgħa oħra li saret fl-aħħar sigħat bejn iż-żewġ klabbs wasslet biex Genoa jaċċettaw li bħala parti mit-trasferiment ta’ Pietro Pellegri, li għad għandu 16-il sena, jirċievu wkoll lill-midfielder ta’ 17-il sena Fabrizio Caligara.

B’hekk jidher li fadal biss l-aħħar dettalji, dwar il-bonuses li jirċievu Genoa, biex Pellegri jsir plejer ta’ Juventus.

Sors: Premium Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280