U jekk minflok Leonardo Bonucci jasal Mats Hummels?
Hi din il-provokazzjoni ta’ siti u ġurnali sportivi differenti kemm fl-Italja kif ukoll fl-Ingilterra li fl-aħħar sigħat ippubblikaw b’insistenza diversi rapporti dwar dan it-trasferiment possibbli.
Jingħad li Massimiliano Allegri talab lil Mats Hummels anke fid-dawl li aktarx Carlo Ancelotti, kowċ ta’ FC Bayern München, jippreferi iżjed lil Jerome Boateng u Javi Martinez fiċ-ċentru tad-difiża.
Intqal ukoll li Hummels se jiltaqa’ mad-diriġenti tal-klabb Ġermaniż biex jitlob assigurazzjonijiet dwar ir-rwol tiegħu fil-klabb. Jekk dan ma jseħħx, jirriżulta li Juventus huma lesti jaħtfu l-opportunità, frott ukoll tar-relazzjoni tajba ħafna mal-Ġermaniżi li bejniethom għamlu diversi trattattivi.
Sors: The Sun/ Mirror/TuttoMercatoWeb/Tuttosport/Juventibus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com