Is-sitwazzjoni bejn Lazio u Stefan De Vrij għadha ma nbidlitx, bil-plejer li s’issa mhux jaċċetta li jġedded il-kuntratt tiegħu.

Id-difensur ċentrali ta’ 25 sena jogħġob ferm lil Juventus u saħansitra jista’ jingħaqad mal-klabb ta’ Turin b’xejn hekk kif qed joqrob lejn tmiem il-kuntratt tiegħu.

Jidher li bejn il-plejer u Lazio hemm nuqqas ta’ qbil dwar il-klawżola kif ukoll it-tul tal-kuntratt. Lazio qed joffru kuntratt ġdid ta’ sentejn bi klawżola reċissorja ta’ €25 miljun waqt li l-plejer irid li l-klawżola tkun inqas minn €20 miljun.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280