Fabio Paratici qed iħares lejn il-Brażil biex jagħti għażla oħra għall-futur tad-difiża Juventina.
Dan hekk kif hemm interess f’Renan Lodi, plejer li twieled fl-1997 u li attwalment jilgħab f’pajjiżu ma’ Atlético Paranaense. Jingħad li prezzu hu ta’ madwar €15-il miljun iżda t-talba tista’ tlaħħaq l-€20 miljun.
Lodi hu meqjus bħala akkwist għall-futur, tant li Fabio Paratici qed janalizza l-possibbiltajiet li l-plejer ikun akkwistat bi sħab ma’ klabb ieħor. Dan bl-iskop li għalissa jilgħab b’self għand klabb ieħor, biex jakkwista l-esperjenza u jimmatura qabel jirritorna għand Juventus.
Minkejja dan, il-President Mario Celso Petraglia ċaħad li s’issa kien hemm xi diskussjonijiet bejn il-klabb tiegħu u Juventus.
Sors: Gianluca Di Marzio/TuttoJuve
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com