Juventus se jkunu qed jiffirmaw b’mod permanenti lil Medhi Benatia. Id-difensur ċentrali ngħaqad mal-Bianconeri b’self sal-aħħar tal-istaġun mingħand Bayern München għas-somma ta’ €3 miljun iżda Juventus iddeċidew li jiffirmawh b’mod permanenti għas-somma ta’ €17-il miljun.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ klabbs dejjem kienet tajba speċjalment fl-aħħar snin wara li Arturo Vidal u Kingsley Coman marru fil-Ġermanja u Benatia ġie fl-Italja.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






