Ir-rivali eterni Torino mistennija jgħaddu €6 miljun lil Juventus skont kif stabbilit mill-kuntratt tat-trasferiment ta’ Tomás Rincón.
Dan hekk kif il-plejer kien bidel il-klabbs b’self għal somma ta’ €3 miljun li madankollu jsir trasferiment permanenti għal €6 miljun oħra ladarba jilgħab nofs il-logħob tal-istaġun.
Meta wieħed jikkunsidra li Torino se jkunu lagħbu 4 logħbiet tal-Coppa Italia u 38 oħra fil-kampjonat, il-logħba kontra Bologna tkun il-21 logħba ta’ Rincón u allura eżatt biex jintlaħaq l-obbligu tat-trasferiment.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com