Jingħad li Juventus mistennija jagħmlu offerta massiċċa, li tista’ tlaħħaq il-€65 miljun, biex jakkwistaw Portugiż mingħand Wolverhampton Wanderers.

Dan hekk kif Ruben Neves, li qed ikollu staġun mill-aqwa u li għad għandu biss 21 sena, qed jinteressa mhux ftit lil Juventus.

Interessanti wieħed jinnota li l-internazzjonali Portugiż hu assistit mill-aġent Jorge Mendes, li wara t-trasferimenti ta’ Cristiano Ronaldo u João Cancelo bena rapport mill-aqwa mad-diriġenza Juventina.

Madankollu t-trasferiment mhu faċli xejn tant li matul is-sajf li għadda, Neves seta’ jingħaqad ma’ Manchester City, sakemm Wolves poġġewlu prezz ta’ iktar minn €120 miljun.

Sors: Calciomercato

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280