Juventus jibqgħu jinsistu li jakkwistaw lill-attakkant Senegaliż Keita Baldé Diao immedjatament mingħand Lazio, minkejja li jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt.
Fid-dawl ta’ dan, Juventus mistennija jżidu l-offerta oriġinali tagħhom bit-tama li jikonvinċu lill-President Claudio Lotito li jħalli lill-plejer jibdel il-klabb.
Jirriżulta li l-plejer ilu żmien li laħaq ftehim ma’ Juventus, fuq bażi ta’ €5 miljun fis-sena, tant li rrifjuta numru ta’ klabbs oħra b’mod speċjali Inter. Dan wara konvinzjoni fil-proġett ta’ Juventus, minkejja li fl-immedjat ftit li xejn se jsib spazju ta’ logħob.
Sors: Romeo Agresti
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com