Il-gazzetta Franċiża l’Equipe aktar kmieni llum irrappurtat l-aħbar li Blaise Matuidi reġa’ jinsab wieħed mill-plejers mixtieqa ta’ Juventus.
Il-gazzetta rrappurtat li l-Bianconeri se jkunu qegħdin joffru s-somma ta’ €15-il miljun għall-Franċiż. Il-kuntratt ta’ Matuidi ma’ PSG jiskadi f’Ġunju tal-2018 u l-Franċiż ma jixtieqx li jġedded. B’hekk l-offerta ta’ Juventus tista’ tinteressa lill-klabb Franċiż.
Sors: L’Équipe
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






