Beppe Marotta u Fabio Paratici jidher li rnexxielhom jaċċelleraw it-trattattiva għall-attakkant Pietro Pellegri.
Minkejja li għad għandu 16-il sena, Pellegri diġà lagħab mal-kbar u ddebutta meta kellu biss 15-il sena. Fil-fatt Genoa talbu €30 miljun, għalkemm issa jirriżulta li hemm ċans li l-qbil jintlaħaq għal €25 miljun, bil-plejer jitħalla b’self għand Genoa. Mhux eskluż lanqas li fit-trattattiva jiddaħħal ukoll Stefano Sturaro.
Jekk l-aħbar tkun konfermata, dan ifisser li Juventus għelbu l-isfida ta’ Manchester City, Arsenal, Inter u Roma.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com