Mill-ewwel ħames logħbiet fil-kampjonat, Juventus ħadu l-massimu tal-punti.

Is-Sibt il-Bianconeri se jkunu fl-azzjoni fid-Derby della Mole kontra Torino fl-Allianz Stadium. Din il-partita hija importanti ħafna għal Juventus speċjalment għall-fini ta-klassifika. F’dan l-artiklu se nosservaw xi fatti u figuri rigward iż-żewġ timijiet.

– Din se tkun il-145 partita bejn iż-żewġ timijiet. Juventus rebħu 67, Torino rebħu 35 filwaqt li 42 minnhom ġew draw.

– Mill-aħħar 22 partita fid-Derby della Mole, Torino rebħu darba biss.

– Fl-aħħar 6 partiti Juventus irnexxielhom jiskurjaw erba’ darbiet fil-ħin miżjud.

– Juventus ma tilfu qatt dan id-derby ġewwa darhom sa mill-1995 fejn għandhom rekord ta’ 8 rebħiet u tliet darbiet draw.

– Torino huma l-unika tim li waqqaf lil Juventus milli jirbħu ġewwa darhom fl-aħħar 38 logħba.

– Din hija l-ewwel darba sa mill-istaġun 1992/93 li ż-żewġ timijiet se jilagħbu dan id-derby u għadhom mingħajr telfa u fl-istess ħin ukoll din hija l-ewwel derby sa mill-istaġun 1993/94 li ż-żewġ timijiet jinsabu mal-ewwel ħamsa fil-klassifika.

– Il-kowċ Juventin fl-aħħar 11-il logħba kontra Torino rreġistra telfa waħda biss. Huwa rebaħ 7 darbiet u tliet logħbiet spiċċaw f’parità.

– Il-kowċ ta’ Torino Siniša Mihajlović qatt ma rnexxielu jirbaħ kontra Allegri. Huwa sofra seba’ telfiet u tliet partiti spiċċaw draw.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com