It-tim ta’ Juventus Women fetaħ l-staġun tiegħu ġewwa Vinovo taħt it-tmexxija ta’ Rita Guarino, għat-tielet sena konsekuttiva.

Juventus se jkunu qed jittrenjaw ġewwa Vinovo sat-28 ta’ Lulju qabel ma jitilqu lejn Aymaville sal-4 t’Awwissu. Plejers li kienu nvoluti fit-Tazza tad-Dinja se jaslu iżjed tard għall-pre-season.

Juventus se jkollhom erba’ partiti ta’ ħbiberija kontra Lugano, FC Zurich u tim ieħor f’turnew ġewwa l-Żvizzera u kontra Novese.

Sadanittant, Juventus huma attivi anke fis-suq tat-trasferimenti fejn akkwistaw is-servizzi ta’ Andrea Staskova, l-attakanta mir-Repubblika Ċeka li kienet għand Slavia Prague u Linda Sembrant, plejer Żvediża li kienet fit-Tazza tad-Dinja ġewwa Franza. Barra minn hekk, Juventus ġabu lil Sabrina Tasselli, goalkeeper mingħand Sassuolo, li tieħu post Federica Russo li telqet minn mal-klabb.

Min-naħa l-oħra, mentri Barbara Bonansea ddikjarat li se tibqa ma’ Juventus għal sena oħra, kien hemm bosta plejers oħra li telqu fosthom Lianne Sanderson, Nick Ashley u Petronella Ekroth. Dawn apparti Sofia Cantore u Benedetta Glionna, li se jingħaqdu ma’ Verona b’self għal staġun.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

banner1
dical-banner-1200×280