Juventus jidher li għamlu l-ewwel offerta lill-klabb Tork ta’ Beşiktaş għall-attakkant Cenk Tosun.

Bl-attakkant li skurja għaxar gowls fi 17-il logħba, Tosun hu meqjus bħala wieħed mill-plejers tal-mument.

Beşiktaş qed jitolbu madwar €20 miljun, iżda Juventus jidher li huma disposti li jħallsu sa massimu ta’ €15-il miljun. Jidher li kien hemm ukoll Newcastle li saħansitra antiċipaw lill-kumplament, iżda s’issa mingħajr suċċess.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280