Għal xhur sħaħ, żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Messiku rnexxielu jqarraq b’pajjiżu meta lagħabha li hu plejer tal-Primavera ta’ Juventus li kien jiskurja spiss u bi prestazzjonijiet tajbin.

Tant emmnu kulħadd, li fuq Instagram akkwista 16,000 follower, ġie intervistat minn diversi gazzetti u saħansitra spiċċa bit-tfal jiġru warajh jitolbuh il-firem u ritratti.

Fuq Instagram, qabel il-profil ingħalaq u ż-żagħżugħ sparixxa, Dionicio Farid kien itella’ ritratti editjati. Hu kien jibdel ras xi plejer tal-Primavera ta’ Juventus ma’ rasu, jew itella’ ritratti fejn dak li skurja ma jkunx jidher għax imdawwar minn sħabu.

F’Settembru tal-2017 saħansitra ddikjara li skurja gowl kontra Olympiacos fiċ-Champions League Youth League, bil-konsegwenza li l-ġurnal El Mundo de Tehuacan tah prominenza.

Iżda meta nkixef, Farid sparixxa mill-midja soċjali u sar magħruf li aktarx lanqas biss qatt resaq lejn l-Italja, aħseb u ara kemm lagħab għal Juventus.

Sors: Sportmediaset

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280