Qbil assolut bejn Juventus, Sampdoria u Patrik Schick hekk kif issa l-klabbs qed jibdlu d-dokumenti biex it-trasferiment ikun jista’ jseħħ.
Juventus se jħallsu €30.5 miljun fuq tliet snin biex it-trasferiment isir wieħed definittiv. Somma li tfisser li Juventus se jħallsu iżjed mill-klawżola reċissorja, ta’ €25 miljun.
Dan waqt li l-plejer se jiffirma kuntratt ta’ ħames snin u jingħaqad immedjatament ma’ Juventus fit-taħriġ ta’ qabel l-istaġun biex imbagħad tittieħed deċiżjoni jekk jibqax f’Turin jew jintbagħad b’self.
Iddaħħlet ukoll klawżola fit-trasferiment, li permezz tagħha Sampdoria jkunu l-ewwel għażla f’każ li l-plejer iqatta’ l-ewwel xhur jew staġun b’self. Il-klawżola tapplika wkoll meta l-plejer iħalli lil Juventus fil-futur.
Sors: Sky Sport 24
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






