Wara l-aħbar sorpriża li Zinedine Zidane se jħalli lil Real Madrid, għaddejja qatigħ it-tfittxija għall-kowċ li jmiss tal-merengues.
Skont il-ġurnalist tal-ġurnal Marca, Hugo Cerezo, sar ukoll kuntatt bejn il-klabb Spanjol u l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri.
“Il-kowċ li jmiss ta’ Real hu dilemma kbira. L-ewwel għażla kien Pochettino, imma mhux faċli tittratta mal-President ta’ Tottenham. Sar ukoll kuntatt ma’ Allegri imma l-partijiet huma ferm bogħod minn xulxin,” iddikjara Cerezo.
Sors: Teleradiostereo
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com