Juventus u Sampdoria bdew taħditiet biex jakkwistaw numru ta’ plejers li laqtu l-għajn tad-diriġenti minn Turin.

Lucas Torreira hu fost dawk osservati, bl-Arġentin li jilgħab bħala midfielder difensiv u għandu 21 sena. Hu kien ġie akkwistat mingħand Pescara fejn iddebutta mal-kbar fl-2015/16 qabel ingħaqad ma’ Sampdoria.

Segwit wkoll Dennis Praet, midfielder avvanzat ta’ 23 sena li diġà ddebutta għall-Belġju u ilu sa minn mindu kellu 17-il sena jilgħab ma’ skwadri ewlenin, l-ewwel ma’ Anderlecht u wara ma’ Sampdoria.

Sampdoria minflok jixtiequ li jakkwistaw kemm lil Mandragora kif ukoll lil Cerri, plejers ta’ Juventus mislufa lil Crotone u lil Perugia rispettivament.

Sors: Il Corriere della Sera/Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280