David Nehoda, aġent tal-midfielder ta’ Udinese Antonin Barak, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-plejer qed jissemma ma’ diversi klabbs tas-Serie A.

Fost il-klabbs interessati hemm Juventus, imma wkoll Inter u Napoli. “Lanqas għaddew sitt xhur mindu wasal fis-Serie A. Ovvjament li interess ta’ klabbs bħal dawn jogħġobna, imma s’issa m’hemmx offerti uffiċjali. Fid-dawl ta’ dan, s’issa, Barak hu ffukat biss fuq Udinese,” iddikjara Nehoda.

Sors: TuttoMercatoWeb 

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280