Ġiet fi tmiemha l-avventura ta’ Kwadwo Asamoah ma’ Juventus, bil-plejer jerġa’ ma jissejjaħx għal logħba oħra ta’ Juventus, din id-darba kontra Genoa.
Il-midfielder ta’ 28 sena, li ma’ Juventus rebaħ ħames kampjonati infila, ilu għall-aħħar jiem bi ftehim mal-klabb Tork ta’ Galatasaray.
Jirriżulta wkoll li hemm ftehim bejn Juventus u l-klabb Tork, iżda d-diriġenti ta’ Turin kienu qed jistennew l-iżviluppi tas-suq tat-trasferimenti qabel jaċċettaw.
Sors: Around J
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com