Minkejja diversi spekulazzjonijiet dwar il-futur tal-plejer Kwadwo Asamoah, ftit tal-ħin ilu Beppe Marotta kkonferma li l-plejer mill-Ghana se jkun qed jibqa’ ma’ Juventus għaliex l-offerta ta’ Galatasaray waslet tard u m’hemmx żmien biżżejjed biex jiġi plejer floku.
“Sfortunatament l-offerta ta’ Galatasaray għal Asamoah waslet tard u mhux se jkollna ċans li nġibu plejer li jeħodlu postu. Ninsab ċert li xħin jagħlaq is-suq tat-trasferimenti, Asamoah se jkun qed jiffoka fuq Juventus biex bid-determinazzjoni solita tiegħu, jerġa’ jkun plejer validu għat-tim.”
Sors: Sky Sport Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com