L-aġent tad-difensur Leonardo Bonucci, li jixtieq jirritorna ma’ Juventus, iltaqa’ mad-Direttur Sportiv Fabio Paratici.

L-iskop ta’ din il-laqgħa kien li ż-żewġ partijiet jaraw kemm hu fattibbli dan it-trasferiment. Laqgħa li saret minkejja li ftit sigħat qabel Beppe Marotta ddikjara li għalissa m’hemmx post għalih.

Juventus kienu offrew lil Gonzalo Higuaín bi bdil, iżda Milan xtaqu lil Mattia Caldara. Madankollu, il-klabbs mhumiex jaqblu fuq kemm jiswew Bonucci u Caldara, b’Juventus li ma jridux ibigħu lid-difensur żagħżugħ bil-konsegwenza li qed jivvalutawh iktar mill-prezz tas-suq.

Sors: Gianluca Di Marzio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280