Ikomplu l-aħbarijiet dwar il-possibbiltà li Juventus iġeddu l-kuntratt tal-attakkant Paulo Dybala għall-ħames snin li ġejjin.
Skont artiklu ta’ Alvise Cagnazzo, fil-kuntratt tal-attakkant Arġentin mhux se jkun hemm klawżola reċissorja, hekk kif Juventus mhuma interessati jbiegħu lill-plejer għall-ebda prezz.
Fil-fatt Dybala mistenni jingħata wkoll paga li tlaħħaq is-€7 miljun fis-sena, l-ogħla fost il-pagi tal-plejers fl-iskwadra.
Sors: The Sun
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com