L-ishma ta’ Juventus ikomplu jiżdiedu ġurnata wara l-oħra, speċjalment wara li ġurnali madwar id-dinja komplew jitkellmu dwar il-possibbiltà li Cristiano Ronaldo jingħaqad ma’ Juventus.

Fi tmiem ġurnata finanzjarja oħra, l-ishma ta’ Juventus fil-Borża Taljana kienu telgħu b’7.27% oħra għal valur ta’ €0.7375. Jekk wieħed iqabbel dan il-prezz ma’ dak tal-Ħamis li għadda, meta l-prezz kien €0.6535 għal kull sehem, iż-żieda fil-valur tkun ta’ 12.85%.

Minkejja dan, s’issa r-rekord fil-prezz ta’ kull sehem hu ta’ €0.8835, li ntlaħaq fi Frar li għadda, għalkemm dan mistenni jinqabeż sew jekk it-trasferiment ta’ Ronaldo jsir realtà.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280