Kienu Juventus li għamlu offerta kbira għall-midfielder ta’ Lazio, Sergej Milinković-Savić.
Skont il-ġurnalist Alberto Abbate, Marotta xtaq lill-ġojjell ta’ Lazio b’mod immedjat, iżda Claudio Lotito qed jirrifjuta li jċedi lill-plejer.
Fl-aħħar ġimgħat, l-istess Lotito kien iddikjara li rċieva offerta ta’ €70 miljun għall-istess plejer, iżda rrifjuta.
Sors: Il Messaggero
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com