It-tim nazzjonali tan-Niġerja, li llum jilgħab kontra n-Niġer f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja U17, għad fadallu biss żewġ plejers tal-ewwel skwadra li huma eliġibbli.
Ġara li sar test tal-MRI lil 60 plejer Niġerjan, b’26 minnhom jinkixfu li fil-verità għandhom iżjed mill-età li kienu ddikjaraw. Dan in-numru jfisser li l-kowċ nazzjonali fadallu biss tnejn mill-plejers regolari.
Il-plejers li fallew it-test intbagħtu lura wara r-riżultati ta’ test li sal-età ta’ 17-il sena hu meqjus kredibbli f’livell ta’ 99%.
Is-sena li għaddiet in-Niġerja rebħu t-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena għall-ħames darba, biex b’hekk waqqfu rekord.
Sors: Eurosport