Dak li kellu jkun wieħed mill-iktar akkwisti promettenti tad-diriġenza Juventina fl-aħħar snin, issa spiċċa problema li kemm Fiorentina kif ukoll Juventus iridu jeħilsu minnha.

Teżisti ċertezza li l-Kroat mhux se jinżamm minn Fiorentina wara bidu tal-istaġun ħażin u wkoll fid-dawl ta’ somma ta’ €20 miljun li hemm marbuta mad-dritt tal-Viola li jakkwistawh.

Wieħed irid jara x’deċiżjoni se tittieħed mid-diriġenti ta’ Fiorentina, hekk kif jingħad li saħansitra jistgħu jirritornawh f’Jannar. Jekk dan iseħħ, mhux mistenni jinżamm lanqas minn Juventus.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280