Diriġenti ta’ Juventus kellhom laqgħa ma’ Giovanni Branchini, li hu l-aġent ta’ De Sciglio u l-intermedjarju ta’ Douglas Costa.

Iż-żewġ plejers huma fil-mira ta’ Juventus, u għalhekk mistenni li d-diskussjonijiet ikunu bbażati fuq iktar minn front wieħed.

Minbarra Douglas Costa, Juventus qed juru interess ukoll f’Danilo u Serge Aurier. Madankollu, it-tlieta huma plejers b’passaport li mhux maħruġ minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u allura mhux possibbli li jiġu akkwistati t-tlieta li huma.

Sors: Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280