It-tim Ingliż ta’ Leicester City jinsabu interessati fl-akkwist ta’ Stefano Sturaro mingħand Juventus.

It-tim Ingliż huwa lest li jħallas is-somma ta’ €13-il miljun għalkemm Juventus qed jitolbu €20 miljun. Fl-aħħar jiem kien hemm il-possibbiltà li Sturaro jirritorna mal-eks klabb tiegħu Genoa iżda jidher li dan it-trasferiment jinsab lura milli jseħħ.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280