Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jikbru l-indikazzjonijiet li d-difensur Leonardo Bonucci se jħalli lil Juventus.

Fl-aħħar jiem xterdu aħbarijiet dwar interess minn PSG. Issa, jidher li ġie rreġistrat interess ieħor, din id-darba minn Manchester City.

Pep Guardiola kien diġà pprova jakkwista lill-plejer tliet snin ilu, bil-plejer li kien irċieva offerta ta’ €8 miljun f’paga waqt li Juventus kienu jirċievu €60 miljun. Madankollu, dakinhar it-trasferiment falla.

Issa jidher li l-klabb Ingliż lest jerġa’ jipprova u din id-darba Juventus jaf jaċċettaw jekk l-offerta tkun waħda ġusta.

Sors: Il Corriero dello Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280