Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci ċaħad xnigħat li se jħalli lil Juventus frott l-interess ta’ Antonio Conte, kowċ ta’ Chelsea.
Mistoqsi jekk hux se jħalli lil Juventus, Bonucci rrisponda hekk: “Macché. Ivvintajtu kollox intom.”
Matul dan l-istaġun, Leonardo Bonucci lagħab 3,746 minuta f’45 logħba biex b’hekk kien l-iktar plejer utilizzat mill-kowċ Massimiliano Allegri. Ma’ Juventus, id-difensur ta’ 30 sena għandu paga ta’ €5 miljun, li magħhom jiżdiedu wkoll xi bonuses.
Sors: La Stampa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






